Kompla għaddej ix-xogħol fuq il-proġett ta’ pavimentar fi Triq Manoel de Vilhena fil-Gżira.
Dan wara li x-xogħol kellu jieqaf b’mod temporanju minħabba l-kuntrattur li kien rebaħ it-tender sab diffikultà jikseb il-materjal neċessarju għall-paviment.
Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li taħtu jaqa’ dan il-proġett, stqarr li l-kuntrattur infurmah b’dawn l-iżviluppi.
Ix-xogħol tkompla din il-ġimgħa u se jissokta l-ġimgħa d-dieħla.
Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, stqarr li jiskuża ruħu għall-inkonvenjent maħluq mid-dewmien fit-tlestija tal-proġett, iżda jassigura li qed jieħu l-passi kollu meħtieġa biex dan l-inkonvenjent jitnaqqas kemm jista’ jkun.