Għaddejjin ix-xogħlijiet biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Ta’ Xbiex, hekk kif qed jiżdiedu żewġ kilometri ta’ cables ġodda taħt l-art.
Żaret il-lant tax-xogħol il-Ministru responsabbli Miriam Dalli, fejn ġie spjegat li qed isiru xogħlijiet f’substations fil-lokalità, permezz ta’ switchgear ġdid.
Il-Ministru Dalli qalet li l-għan tal-Gvern hu li jimmodernizza n-netwerk tal-enerġija biex ikun mħejji għal kull eventwalità.
Preżenti wkoll kien hemm iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, l-Inġinier Ryan Fava, li qal li dan ix-xogħol, li hu mifrux madwar il-pajjiż, qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta u Transport Malta.
