Il-proġett ta’ restawr fuq il-Palazz tal-Gran Mastru wasal fit-tieni fażi tiegħu grazzi għal ħaddiema u esperti ta’ Heritage Malta.
Waqt żjara li għamel il-President ta’ Malta George Vella, il-Kap tal-proġetti ta’ Heritage Malta, il-Perit David Zahra, spjega li t-tieni fażi se tiffoka fuq l-ispazji magħrufa bħala state rooms, u l-uffiċċju tal-President innifsu.
Hu spjega wkoll is-sinjifikat tal-Palazz tul l-aħħar sekli.
Qal, “Dan hu l-uniku palazz fid-dinja li hu miftuħ għall-pubbliku u huwa s-sit uffiċjali tal-President. Li l-palazz jibqa’ ħaj hu importanti għax għal ħames 5 sekli kien iċ-ċentru tal-poter. L-għan prinċipali wkoll hu li l-armerija titla’ fostha, fejn aħna mdorrija naraw il-Parlament Malti.”
Fl-istess ħin, qed ikompli x-xogħol tal-ewwel fażi li huwa maħsub biex jimplimenta esperjenza ġdida għall-viżitaturi.
Il-President Vella wera sodisfazzjon għax-xogħol kbir u iebes li qed jagħmlu l-ħaddiema ta’ Heritage Malta biex dan is-sit storiku jingħata l-glorja li tixraqlu u jkun jista’ jitgawda minna lkoll.
Qal, “Għada pit għada se jkun palazz li t-turist u l-Malti jieħu gost idur. L-istorja tal-Palazz qed tiġi misjuba mill-ġdid fl-iskavi li qed isiru fl-arkitetturi u fuq kollox. Hija sodisfaċenti mmens li tiġi u tara din id-differenza kollha.”
Il-proġett fuq il-Palazz tal-Gran Mastru qed isir b’investiment ta’ 28 miljun ewro, b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.