It-tieni ġurnata tal-vjaġġ tal-Maġi kompla ilbieraħ fejn il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, flimkien mal-kontinġent ta’ Betlehem f’Għajnsielem, Kunsillieri mill-Kunsilli Lokali t’Għajnsielem, Qala, Żebbuġ u Għarb żaru diversi lokalitajiet fiċ-ċentru tal-Italja bħal dawk ta’ San Polo dei Cavallieri, Lanuvio u Monterano.
Il-Ministru Anton Refalo ltaqa’ mas-Sindki ta’ dawn il-lokalitajiet, fejn flimkien ddiskutew kif din l-ħbiberija li trawmet bejn il-Kunsilli Għawdxin u dawk Taljani tista’ tissaħħaħ u tiġi konvertita f’aktar skambji kulturali u turiżmu, partikolarment dak reliġjuż.
Iż-żjara tal-kontinġent Għawdxi qed tiġi segwita u mħabbra f’diversi ġurnali lokali u qed tingħata prominenza fuq il-midja Taljana u tqajjem interess fost diversi komunitajiet u bliet taż-żona li qed iżuru l-istess delegati Għawdxin mmexxija mill-Ministru Refalo.