Kompla jinstema’ l-każ ta’ Aljelda Loiai, ta’ 48 sena li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq akkużi ta’ traffikar uman.
Huwa ġie arrestat f’Malta wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtoritajiet Ungeriż biex jiġi estradit lejn l-Ungerija u jiffaċċja akkużi ta’ traffikar ta’ persuni u akkużi oħrajn.
L-Ispettur Omar Zammit preżenta l-Qorti komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Ungeriżi.
Il-każ ġie differit għat-8 ta’ Ġunju fejn il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech se tiddeċiedi dwar din it-talba.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit assistiti minn Dr Kaylee Bonett u Dr George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.