Fil-qorti kompla jinstema’ l-każ ta’ Roddy Williams akkużat li qafel lil martu Natalie Williams f’kamra fil-blat fi Rinella l-Kalkara.
Il-każ seħħ f’Ottubru li għaddha, fejn Roddy ħallha lil martu għal tlett ijiem sħaħ fid-dlam mingħajr ikel u xorb.
Minkejja li fis-seduta li għaddiet huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest, Roddy qiegħed ikun iffaċjat b’diversi akkużżi fosthom t’attentat ta’ qtil, stupru, li żamm persuna kontra r-rieda tagħha u li kkawżalha ġrieħi gravi.
Quddiem il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit – xehed surġent mill-għassa ta’ Bormla fejn spjega kif fit-30 ta’ Ottubru kien infurmat li seħħ argument quddiem l-flats tal-gvern fil-Kalkara.
Qal li l-argument kien bejn il-familjari ta’ Nathalie u Rodney, bil-familjari bdew isaqsu lill-akkuzat fejn kien ħa lil qariba tagħhom, li kienet ilha irrapurtata nieqsa għal xi jiem.
Is-surġent żied li meta ħa lil Roddy l-għassa dan beda jassigurhom li Nathalie tinsab tajba u ftit tal-ħin wara ħadhom ir-Rinella, fejn hemmhekk sabu lil Nathalie.
Intant, fil-qorti ġew preżentati l-affarijiet li nstabu fil-kamra fil-blat fi Rinella. Fejn fost oħrajn instabu affarijiet personali ta’ Nathalie bħal mobile phones u karti bankarji.