Matul il-jum kompliet tinstema’ l-kawża dwar ħasil ta’ flus fil-konfront tal-aħwa Alfred u George Degiorgio. Fis-seduta ġiet ppreżentata dokumenti mingħand numru ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni.
Dawn id-dokumenti kellhom endikont tal-vetturi u bċejjeċ tal-baħar li kienu reġistrati f’isem iż-żewġ aħwa mill-2005 sal-lum.
Madankollu, minkejja li kienu mħarrka biex jixhdu, l-kumpaniji Middlesea u Argos naqqsu milli jibagħtu rappreżentant bil-Maġistrat Joe Mifsud jordna mandat ta’ akkumpanjament tax-xhieda għas-seduta li jmiss.