Is-Sibt u l-Ħadd, 9 u 10 ta’ April, Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation organizzaw it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far.
Nhar is-Sibt, Ayrton Jon Tonna rebaħ l-Entry Level Class. Kimi Bugeja u Cody Darmanin segwew lil Tonna.
Mason Barun rebaħ il-Klassi 60cc.
Dario Mifsud rebaħ is-60cc GR3, u Daniel Abela segwa lil Mifsud.
Zane Pace rebaħ ir-Rotax Micro Max. Ayrton Jon Tonna u Nathan Fenech segwew lil Pace.
Benjamin Piscopo rebaħ l-Iame X30 Mini. Benjamin Westwood u Jamie Vassallo segwew lil Piscopo.
Kyle Micallef rebaħ l-Iame X30 Junior. Brayden Cassar u Timothy Zarb segwew lil Micallef.
Nhar il-Ħadd, Kyle Mercieca rebaħ l-Iame X30. Keith Micallef u Nicky Gauci segwew lil Mercieca.
Lucas Pace rebaħ il-Vortex RokGP. Jamie Mangion u Nicholas Borg segwew lil Pace.
Jonathan Zammit rebaħ il-Vortex RokGP Master. Neville Zammit u Glenn Vassallo segwew lil Zammit.
Joseph Mifsud rebaħ ir-Rotax Max. Mifsud kien segwit minn Owen Mangion u Salvatore Toscano.
Kenneth Vella rebaħ l-Iame X30 Masters. Vella kien segwit minn Sandro Bugeja u Chris Borg.
It-tielet round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting ser isir is-Sibt, 30 ta’ April u l-Ħadd, l-1 ta’ Mejju fit-trakka La Reve f’Ħal Far.