Nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju 2020 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kellha lejla impenjativa fejn ġiet organizzata il-Ħames tiġrija bil-muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2019/2020 segwit mit-Tmien tiġrija bil-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. Il-Program għalaq bil-Mini Car Demolition li kellha issir f’Marzu li għadda imma minħabba is-sitwazzjoni tal-Covid-19 kellha tiġi posposta għal din il-ġurnata.
Fil-karozzi Autocross Alan Muscat fuq Peugeot 205 jiddomina il-Heats kollha tal-ġurnata fejn issiġila postu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Andrew Pisani fuq Opel Nova, Kurt Aquilina u Karl Micallef it-tnejn fuq Opel Corsa.
Nicolai Aquilina fuq Opel Corsa rebaħ il-finali ta’ Klassi B segwit minn Justin Buttigieg fuq Opel Nova. Fit-tielet u r-raba’ post daħlu Paul Formosa fuq Fiat Uno u Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 rispettivament.
Il-Program għalaq bil-Mini Car Demolition Derby fejn fuq il-linja ta’ tluq rajna 28 karozza. Mat-tluq assistejna għal parata ta’ żewġ Laps mal-korsa fejn mal-bidu tad-Demolition bdejn naraw karozza waħda wara l-oħra jirtiraw sakemm kien għad fadal l-aħħar żewġ karozzi, dik ta’ Chris Cardona fuq Ford Fiesta u Jurgen Gatt fuq Mazda 323. Minkejja l-ħsara fiż-żewġ karozzi kienet waħda kbira, kull sewwieq beda jagħmel l-aħħar sforzi biex ikun ħu li jagħti l-aħħar daqqa li twaslu għar-rebħa. Kien Cardona li ġie ddikjarat rebbieħ wara li Gatt irtira. Gatt minkejja li kellu l-magna taħdem, il-karozza ma setgħetx tiċċaqlaq iktar u għaldaqstant Gatt ma kellux għażla oħra ħlief li jinżel mill-karozza.
Wara saret il-preżentazzjoni mill-Viċi-President Johnny Micallef u mis-Segretarju Ġenerali Johann Pace. Attivita oħra bħal din iżda dik id-Demolition tal-vannijiet mistennija tiġi ogranizzata f’Settembru 2020.
Ritratt ta’ Robert De Carlo