Bejn il-Ġimgħa 16, u l-Ħadd 18 ta’ Settembru, il-Malta Drag Racing Association organizzat rawnd ieħor tal-Enemed Malta National Drag Racing Championship fit-trakka tagħhom f’Ħal Far. Għal darb’oħra, diversi sewwieqa ikkompetew bid-dragsters, karozzi, u muturi tagħhom fi klassijiet differenti.
Dragsters
James Aquilina rebaħ il-Klassi Dragster DTA6 u Open 6.
Nathan Bartolo rebaħ il-Klassi Dragster D5
Antoine Schembri rebaħ il-Klassi Dragster D4.
Tyson Debono rebaħ il-Klassi DTA4
Karozzi
George Cutajar rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class
Martin Scerri rebaħ l-Escort Class 3
Paul Fenech rebaħ l-Escort Class 2
Christian Pirotta rebaħ l-Index Class 1
Chris Mercieca rebaħ l-Index Class 2
Andre Bugeja rebaħ il-Bracket 8 għal 8.49 sekondi
Wayne Zammit rebaħ il-Bracket 8.5 sa 8.99 sekondi
George Cutajar rebaħ il-Bracket 9.5 sa 9.99 sekondi
Christian Pirotta rebaħ il-Bracket 10 għal 10.49 sekondi
Chris Mercieca rebaħ il-Bracket 11 għal 11.49 sekondi
Sean Cassar rebaħ il-Bracket 11.5 sa 11.99 sekondi
Marie Francois La Rosa rebħet il-Klassi Diesel
Muturi
Briegel Micallef rebaħ is-Super Street Bike u l-Open Class
Steve Bezzina rebaħ il-Mutur 8 to 8.49 Bracket
Leslie Said rebħet l-Indiċi tal-Mutur u l-Klassi tal-Mutur Bracket 8.5 sa 8.99
L-aħjar reazzjoni għad-dwal tat-tluq kienet dik ta’ Paul Fenech fuq l-Escort tiegħu.
F’Novembru, il-Malta Drag Racing Association se torganizza r-rawnd li jmiss li jiġi l-aħħar mill- Enemed Malta National Drag Racing Championship.