Matul il-jum tal-Ġimgħa, f’Buġibba qed ikompli l-kampjonat Ewropew tal-Blackball bil-logħob mit-tielet ġurnata.
Fil-kategorija tat-timijiet, it-team malti tal-irġiel ’B’ beda b’telfa ta’ 12-9 kontra l-Ingilterra u kompla b’rebħiet ta’ 11-10 kontra l-Olanda u 12-9 kontra l-Iskozja.
Fil-kategorija tal-Grandmasters, it-tieam malti għeleb lill-Belġju 19-6 u lill-Franza 13-12. L-istess team tilef kontra Wales u l-Iskozja rispettivament 13-12 u 15-10.
It-team malti tan-Nisa għeleb lill-Ġibilta’ bl-iskor ta’ 15-10.
It-team malti U18 kien tilef kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 14-11.
Fil-kategorija U15 Malta rebħet lill-Irlanda ta’ Fuq 8-7 u tilfet kontra l-Ingilterra 10-5 u kontra Wales 12-3.
Fil-kompetizzjonijniet individwali bosta plejers maltin għaddew għar-rounds li jmiss.
Filgħaxija t-tim tal-irġiel A għeleb lill-Iskozja 14-11 sabiex kompla jżomm ir-ritmu f’din il-kompetizzjoni.