Is-sibt li għadda kompla l-kampjonat 8-a-side tal-Malta Darts Association b’timijiet minn tliet diviżjonijiet li pparteċipaw f’kompetizzjoni mill-aqwa biex iżidu l-punti f’dan l-istaġun kompetittiv.
Il kampjonat jinsab f’nofs it-tieni round, b’round tlieta għadu għad irid jintlgħab. Din il-fixture kienet kruċjali għat timijiet li qed jiġġieldu għat titli, promozzjonijiet u biex jevitaw ir-relegazzjoni. L-eċitament qed jiżdied madwar id-diviżjonijiet kollha, u l-Malta Darts Association tixtieq tirringrazzja lill-plejers u t-timijiet kollha għall-impenn kontinwu tagħhom lejn l-isport.
Diviżjoni 1
Floriana Ajax Cool & Kiwi ikkonfermaw il-forma tagħhom dominanti, jirbħu l-għaxar logħba tagħhom u jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika bi 30 punt. Bħalissa, Birgu Bocci Club A u Rosso 33 DT jinsabu ħdejn xulxin, b’27 punt kull wieħed, maqsuma biss bid-differenza tal-legs.
It-timijiet l-oħra fid-Diviżjoni 1 jinkludu:
- Floriana Ajax SC MCP – 18 punt
- Hamrun Bayern – 12 punt
- Sliema Club Lounge A – 12 punt
- Juventutis Domus – 6 punti
L-isfel fil-klassifika, Zejtun Lacci Maypole ħarġu uffiċjalment mill-kampjonat, li jħallu post vojt fil-qiegħ tal-klassifika.
Diviżjoni 2
Birgu Bocci Club B baqgħu fl-aqwa pożizzjoni b’26 punt, segwiti min-Dukes Darts Team A (23 punt) u Zejtun BC Darts Team (22 punt).
It-timijiet l-oħra fid-Diviżjoni 2 jinkludu:
- Beland Band Club – 20 punt
- Top Gun Bar DT – 17 punt
- PO’s DT – 8 punti
- Cox Bar – 6 punti
- Zejtun Lacci Reds – 3 punti
Diviżjoni 3
Titans Tal-Barklor Senglea wrew l-eċċellenza tagħhom mill-ġdid, għadhom mingħajr telfa wara 11 il fixtur, u jokkupaw il-quċċata b’31 punt. MMG Darts Team u Munchies jinsabu f’kompetizzjoni kbira għal t-tieni post, b’22 u 21 punt rispettivament.
It-timijiet l-oħra f’-Diviżjoni 3 jinkludu:
- Tal-Gilju Darts Team – 21 punt
- Nicolo Isourd Bar Mosta – 20 punt
- Dukes Darts Team B – 6 punti
- Sliema Club Lounge B – 4 punti
- Zurrieq FC Darts – 1 punt
Fil- qiegħ tad-diviżjoni, Zurrieq FC Darts għadhom jikkumbattu, u għandhom punt wiħed biss.