Fil-Qorti Superma tal-Istati Uniti kompla l-iskrutinju ta’ Amy Coney Barrett, li ġiet innominata mill-President Donald Trump biex tieħu post l-Imħallef Ruth Bader Ginsberg li mietet ix-xahar li għadda.
Hija qalet li m’għandha l-ebda aġenda u li dejjem se tirrispetta s-saltna tad-dritt jekk tkun ikkonfermata fil-Qorti Superma.
Barrett affaċjat skrutinju iebes minħabba biżà li kapaċi taħdem kontra riformi fil-qasam tas-saħħa Amerikan li kien għamel il-President Barack Obama.
L-għan tar-Repubblikani hu li Barrett tkun ikkonfermta fl-ogħla qorti tal-Istati Uniti qabel mal-poplu jagħżel president ġdid daqs tliet ġimgħat oħra. Il-konferma tagħha tkun tfisser maġġoranza ta’ sitta kontra tlieta favur ir-Repubblikani Amerikani.