L-avversarji tal-President tal-Venezwela Nicolas Maduro poġġew ostakli fit-toroq u tellgħu dimostrazzjoni jitolbu li jsiru l-elezzjonijiet. Dan hekk kif is-sitwazzjoni politika u ekonomika qed issir iktar serja.
Huma sfidawh wara li qal li se jkun qed jagħmel kostituzzjoni ġdida biex jitwaqqaf dan l-inkwiet li minħabba fih mietu madwar 28 persuna.
Maduro qal li l-pass tiegħu hu wieħed neċessarju dan sabiex jiġġieled pjan imħejji mill-barranin li qed isir kontrih.
L-Istati Uniti qalet li din m’hi xejn ħlief sitwazzjoni li l-President qed ikompli jiggranfa mal-poter, filwaqt li l-Brażil sejħet din is-sitwazzjoni bħala “kolp ta’ stat”.
L-avversarji tal-President iridu li jingħataw iċ-ċans li jivvotaw sabiex ineħħuh mill-poter.