It-tieni l-akbar belt fl-Ażerbajġan, Ganja, ġiet attakkata mill-forzi Armeni, hekk kif qed ikompli jikber l-inkwiet dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.
Iż-żona tagħmel parti mill-Ażerbajgan iżda titmexxa minn persuni etniċi mill-Armenja.
L-awtoritajiet tal-Armenja qalu li attakkaw l-ajruport militari ta’ Ganja wara li forzi tal-Ażerbajġan attakkaw il-kapital tar-reġjun, Stepanakert.
L-Ażerbajġan qalet li ebda siti militari ma ġew milquta. S’issa tilfu ħajjithom aktar minn mitejn u għoxrin persuna mill-bidu tad-diżgwid ġimgħa ilu.