Is-Senaturi fil-ġuri tat-tieni impeachment tal-eks President Amerikan Donald Trump, ġew murija filmat drammatiku u grafiku tal-attakk li seħħ mill-partitarji ta’ Trump fil-Capitol.
Il-kliem u t-tweets li kiteb Trump innifsu, ġew użati kontrih, meta d-Demokratiċi fil-Prosekuzzjoni argumentaw li l-eks President instiga l-vjolenza tul il-jum tal-irvellijiet u anki qabel.
Fil-ġuri ntwera filmat mill-kameras tas-sigurtà għall-ewwel darba, li wera kemm l-aggressuri kienu viċin il-politiċi.
Meta kienet qed tiġi ppreżentata l-evidenza, sar l-argument li Trump kien konxju li qed jinkoraġġixxi l-vjolenza.