Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, dalgħodu kompla l-jinstema’ l-ġuri fil-konfront ta’ Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt.
Huwa qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta’ Roderick Grech li f’Marzu tal-2017 kien instab ħdejn il-karozza tiegħu bi ġrieħi kkawżati minn daqqiet ta’ sikkina f’sidru. Dakinhar, il-vittma kien lissen il-kliem “Vojt”.