It-Turkija qalet li qatlet għexieren ta’ militanti Kurdi Sirjani hekk kif Ilbieraħ truppi Torok u ribelli Sirjani nvadew iż-żona.
Dan l-attakk ġie wara li lbieraħ l-armata Torka attakkat din iż-żona mill-ajru.
Fi stqarrija l-Ministeru għad-Difiża Torka qal li l-armati ta’ Turkija u Sirjani bdew ħidma bħala parti mill-Operazzjoni Rebbiegħa ta’ Paċi.
Fi ittra li bagħat lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-Gvern Tork assigura li l-azzjonijiet militari li se jieħu se jkunu meqjusa, proporzjonati u responsabbli.
Intant il-President Tork Erdogan qed jhedded lill-Ewropa li ser jiftah il-fruntieri għal 3,600,00 refuġjat Sirjan.
Din id-dikjarazzjoni mill-President Tork waslet wara li l-kritiċi tiegħu ma approvawx l-attakki militari li qed iwettaq fuq is-Sirja sabiex jelimina dak li qed isejjaħ il-kuritur tat-terrur fil-fruntiera tan-nofsinhar tat-Turkija.
Ritratt: Getty Images