Qariba ta’ Daphne Caruana Galia sostniet li l-ewwel waħda li kitbet fuq il-konċessjonijiet tal-isptarijiet kienet Caruana Galizia, dik li Adrian Delia għajjarha “biċċa blogger” u l-istess persuna li llum hemm min qed iċapċaplu.
Fuq Twitter, il-qariba ta’ Caruana Galizia ngħaqdet ma’ oħrajn biex jitneħħa l-kredtu minn fuq l-eks Kap Nazzjonalista filwaqt li fakkret li, skontha, Delia kien iddemonizza lil Daphne Caruana Galizia fit-tellieqa għall-Kap tal-2017.
Fuq Twitter, Alex Grech ingħaqad mal-qariba ta’ Caruana Galizia u qal li kienet hi li kitbet fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet. Imbagħad, maqdar kemm lil Adrian Delia ukif ukoll lil Bernard Grech għad-diskorsi mimlija għajjat tagħhom.
Fl-aħħar jiem, esponenti tal-establishment Nazzjonalista tkellmu kontra Adrian Delia u riedu jneħħulu kull kredtu u ma jħallux il-fazzjoni tiegħu taqbad il-momentum fil-Partit Nazzjonalista li tiegħu tpoġġa Kap Bernard Grech.
Godfrey Leone Ganado, esponent tal-Blue Heroes, kiteb li, għal darba, l-eks Kap Nazzjonalista kellu jkollu d-diċenza li jagħti kredtu lil Daphne Caruana Galizia, u fakkar ukoll li Delia kien qalilha li kienet “biċċa blogger”.
Anki l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia, kiteb li Adrian Delia jaħseb u jittama biss li b’dak li għamel jista’ jiġi rijabilitat fil-Partit Nazzjonalista.
Il-kunċett tar-rijabilitazzjoni fil-Partit Nazzjonalista huwa wieħed imħaddan ferm.
Fil-fatt, il-Kap Bernard Grech innifsu kien qal li jistgħu jiġu rijabilitati nies fil-partit tiegħu. Delia kien wieġbu ċar li ma jaqbilx u saħaq li, biex wieħed jiġi rijabilitat, irid ikun għamel xi ħaġa ħażina.