Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistiku jru li matul Awwissu li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu għal 1,787 jew b’aktar minn 28 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus juru li matul Awwissu li għadda kien hemm tnaqqis ta’ 570 ruħ minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru u 132 oħra minn fuq it-tieni reġistru tal-qgħad meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2017. L-istatistika turi wkoll li l-qgħad naqas fil-kategorija kollha.
L-NSO qal li l-akbar tnaqqis fil-persuni qiegħda kien irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal anqas minn 21 ġimgħa.
Il-persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’45 għal 244.