Tnaqqis ta’ 8.7% meta ikkomparat ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn ikkonfermaw li l-qagħad f’Għawdex, għal sena oħra, kompla jonqos.
Il-Ministru Caruana innotat li illum il-ġurnata in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex sar wieħed baxx pero dan ma’ jfissirx li ma baqax xi jsir. Hi rrimarkat li l-inizjattivi u l-inċentivi li fassal u nieda l-Gvern qed kull ma jmur iħallu impatt pożittiv u dan issa ġie ikkonfermat ukoll mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
“Il-Gozo Employment Scheme kienet skema li ġiet introdotta din is-sena u li permezz tagħha, inħolqu aktar minn 80 impjieġ ġdid f’Għawdex fis-settur privat” qalet l-Onor Caruana. Hi innotat kif l-isfida preżenti fil-gżira Għawdxija hi dik li jinstabu aktar riżors uman u kien għalekk li l-Ministeru għal Għawdex introduċa din l-iskema biex permezz tagħha ikomplu jitjiebu l-kundizjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex.
Il-Ministru Justyne Caruana awgurat li din il-mixja ta’ suċċess fil-gżira Għawdxija tkompli tagħti r-riżultati fix-xhur u s-snin li ġejjin.