Fl-2017 kompla jiġi rreġistrat tnaqqis fir-rata ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ caħda materjali severa, jew “severe material deprivation”.
Filfatt din ir-rata naqset għal 3.3% minn 4.4% fl-2016. Ir-rata ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ dak li jitqies bħala faqar assolut issa hija l-anqas qatt osservata mindu bdiet tinġabar din l-istatistika ghall-Eurostat fl-2005.
Ta’ min jinnota li mentri fl-2012 ir-rata ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ cahda materjali severa f’Malta kienet 10.2% u oghla mill-medja Ewropea (8.9%), fl-2017 ir-rata f’Malta kienet anqas min-nofs il-medja Ewropea (7.1%).
Bejn l-2007 u l-2012 r-rata ta’ nies f’sitwazzjoni ta’ faqar assolut f’Malta kienet irdoppjat minn 4.4% ghal 9.2%. Skont id-database tal-Eurostat mentri fl-2007 kien hawn 17,000 persuna f’Malta li kienu f’din il-qaghda, sal-2012 dan l-ammont kien tela ghal 37,000 persuna. Dan ifisser tkabbir ta’ 20,000 persuna f’faqar assolut f’hames snin. Aktar minn nofs din iz-zieda kienet sehhet fl-ahhar sena qabel il-bidla fil-Gvern, zmien li matulu kien hemm ukoll tkabbir qawwi fil-qghad.
B’kuntrast, fl-2017 in-numru ta’ persuni f’Malta li kienu f’sitwazzjoni ta’ cahda materjali severa naqas ghal 14,000 persuna. B’hekk f’hames snin kien hemm 23,000 persuna li nhargu minn din il-qaghda mwieghra. Li jfisser li fl-2017 kien hemm 3 persuni f’qaghda ta’ cahda materjali severa ghal kull 10 persuni li kien hemm fl-2012.
Dan it-tnaqqis gie irregistrat fost l-etajiet kollha. Per ezempju mentri fil-hames snin qabel il-bidla fil-Gvern kien hemm zieda ta’ elfejn persuna anzjana f’faqar assolut, fl-ahhar hames snin din iz-zieda giet mregga lura kompletament. Fost dawk ta’ eta ta’ xoghol, minn 25,000 persuna f’faqar assolut issa nzilna ghal 9,000. Fost it-tfal inqasna bin-nofs, minn 8,000 fl-2012 ghal 4,000 fl-2017.
Din l-istatistika tikkonferma kemm il-mizuri socjali li ha l-Gvern f’dawn l-ahhar snin – fosthom id-dhul tal-inwork benefit, il-garanzija ghaz-zghazagh, it-tapering tal-beneficcji socjali, iz-zieda fil-pensjonijiet u f’beneficcji socjali ohra – wasslu ghal titjib fil-qaghda ta’ dawk l-aktar fil-bzonn fis-socjeta taghna.
Tikkonferma ukoll kif it-tkabbir ekonomiku f’pajjizna qieghed jilhaq lil faxxex kollha tas-socjeta. Mentri madwar iz-zona ewro l-persentagg ta’ dawk f’sitwazzjoni ta’ cahda materjali severa naqas minn 7.8% fl-2012 ghal 6.3% fl-2017, f’pajjizna t-tnaqqis kien minn 9.2% ghal 3.3%. Biex b’hekk minn rati qrib dawk ta’ pajjizi fil-Mediterran, issa pajjizna ghadu rati li resqu qrib dawk f’pajjizi Skandinavi.
Dawn ir-rizultati huma possibli frott is-surplus li qed jinkiseb fil-finanzi pubblici u li ser jippermetti lill-Gvern biex ikompli jaghti spinta lill-glieda kontra l-faqar, halli aktar persuni jinghataw id-dinjita li tixtraq lilhom.