In-numru ta’ persuni mejta wara t-terremot fil-Messiku tela’ għal mitejn tlieta u sebgħin persuna. Dan hekk kif gruppi tas-salvataġġ qed jaħdmu kontra l-ħin biex isalvaw aktar persuni filwaqt li qed jittamaw li għad hemm persuni ħajjin f’madwar għaxar binjiet f’Mexico City. Il-Messiku esperjenzat terremot ieħor dan ix-xahar, ta’ tmienja punt wieħed fuq l-iskala Richter li seħħ fin-Nofsinhar tal-pajjiż u li ħalla minn tal-inqas disgħin persuna mejta.