Fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ ta’ Davide Manunta, ta’ 35 sena, li qed jiġi akkużat li involontarjament qatel lill-kollega tiegħu Karmnu Micallef.
Waqt is-seduta ġie spjegat li Karmnu Micallef niżel mill-van sabiex jgħin lill-Davide jimmanuvrah fi Triq Wied il-Qoton, Birżebbuġa. Waqt li pprova jimmanuvra l-vettura, Micallef intlaqat u konsegwentament ittajjar divrsi drabi, bix-xufier ma jindunax li tajjar lill-kollega tiegħu.
Fix-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Pierre Theuma, li kien il-klijent tal-prodott li kienu se jikkunsinjaw Manunta u Micallef, spjega kif iltaqa’ ma’ Manunta u ċempel l-ambulanza minnufih. Huwa kompla jgħid li sab lil Manuta fi stat ta xokk qawwi.
Il-każ ikompli x-xahar li ġej, meta d-Difiża se tippreżenta l-evidenza tagħha.