Fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ li fetaħ is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, in-negozjant Yorgen Fenech kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci u l-avukat tal-Istat.
Yorgen Fenech fetaħ każ kostituzzjonali u ilmenta li nkissrulu d-drittijiet tiegħu għax ingħalqet il-Qorti minħabba l-pandemija fuq deċiżjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Permezz tal-avukati tiegħu, qal li ll-kumpilazzjoni tiegħu ma komplitx tinstema minħabba li l-Qorti ngħalqet f’Marzu li għadda.
Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff, l-Avukat Charles Mercieca qal li Yorgen Fenech kellu jingħata l-ħelsien fuq diversi kundizzjonijiet. Dan wara li l-Qorti ingħalqet ukoll bħal ma ingħalqu l-istabbiliment tal-ikel u ħwienet kummerċjali oħra.