Il-Qorti tal-Maġistrati ddikkjarat li hemm biżżejjed evidenza sabiex tpoġġi lil raġel Sudaniż mixli bil-qtil ta’ Eġizzjan, taħt att ta’ akkuża. Ir-raġel kien wieġeb mhux ħati għall-qtil.
Fil-Qorti dalgħodu nstemgħat ix-xhieda ta’ Pulizija, li spjega li kien daħal rapport li kien hemm raġel mixħut mal-art fil-Marsa.
Il-Pulizija qal li meta mar fuq il-post, xi xhieda qalu li waqt argument, l-imputat ħareġ sikkina u nifed lill-allegat vittma.
Intqal kif meta nstab l-imputat, allegatament kellu fuqu sikkina, u ikkonferma mal-Pulizija li l-allegat vittma qatt m’attakkah b’sikkina.
Il-każ ġie aġġornat għal Settmebru li ġej.