Il-viċi President, Mike Pence qabbad avukat apparti biex imexxi r-rispons għall-inkjesti dwar possibilment rabtet bejn il-kampanja tal-President Donald Trump u r-Russja.
Richard Cullen, l-avukat huwa magħruf li jirrapreżenta klijenti bi profil għoli.
Aktar kmieni, l-media tal-Istati uniti rrapurtat li Donald Trump kien investigat minn Robert Mueller dwar possibilment ostruzzjoni tal-ġustizzja.
Mueller qed imexxi inkjesta tal-FBI fl-allegat indħil tar-Russja fl-elezzjoni presidenzjali tal-elfejn u sittax.