Kif kienet żvelat il-gazzetta KullĦadd xi ġimgħat ilu, Charles Bonello, l-eks Segretarju Privat ta’ Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru, se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Generali Nazzjonalista.
Fl-aħħar jiem, ONE News ukoll żvela kif Bonello qed jiġi impost fuq Bernard Grech minn Gonzi u l-klikka estremista, immexxija mill-Kap de facto, jiġifieri d-Deputat Karol Aquilina u l-akkolti tieghu Jason Azzopardi u Simon Busuttil.
Filwaqt li Charles Bonello hu meqjus bħala ‘safe’ għal din il-fazzjoni li qed tmexxi lill-PN u lil Benard Grech minn imnieħru.
Madankollu, il-kobba kompliet titħabbel hekk kif, issa, ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali Stefan Caruana, attivist ieħor u kunsillier Nazzjonalista fil-Gudja.
ONE News informat li, jekk wara Bonello hemm Gonzi u l-fazzjoni estremista, Stefan Caruana għandu warajh lill-eks Ministru Louis Galea u d-Deputat Mark Anthony Sammut, li bħal Caruana hu mill-Gudja.
Sorsi qalu lil ONE News li Louis Galea, li issa ilu s-snin jimmanuvra fil-PN minn wara l-kwinti, wara li spiċċa minn membru Parlamentari, tant li kien mal-fazzjoni li tajret ras Adrian Delia fl-2020, qed jimbotta lil Caruana, għax ma jridx li Lawrence Gonzi jkollu subgħu mdeffes fil-manuvrar tal-Partit.
Hu sigriet magħruf kif Louis Galea qatt ma ħafirha lil Gonzi talli meta kien Prim Ministru m’għamlux President. Galea kien reġa’ żied l-attiviżmu tiegħu fil-PN fi żmien Simon Busuttil sakemm eventwalment kisirha miegħu wkoll.
ONE News informat li, taħt Bernard Grech, Louis Galea kien reġa’ beda jħuf fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, iżda l-aħbar li dawk ta’ Gonzi qed jimbottaw lil Charles Bonello għal Segretarju Ġenerali, xegħlitlu bozza ħamra u mar għal Stefan Caruana biex jixħet ismu wkoll.
Min-naħa tiegħu, Mark Anthony Sammut spiss jagħti x’jifhem li għandu l-aspirazzjoni li jkun Kap tal-PN u, għalhekk, qed jimbotta lil Caruana, li hu viċin tiegħu.
L-istess sorsi komplew jgħidu lil ONE News li hemm fazzjoni kontra l-għażla ta’ Gonzi jew aktar kontra Gonzi nnifsu milli kontra Charles Bonello.
Dawn huma persuni qrib l-eks Ministru Austin Gatt, fosthom Claudio Grech u l-Avukat Duncan Borg Myatt, li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ir-Raba’ Distrett elettorali, li tinkludi l-lokalità tal-Gudja, u allura l-appoġġ lill-kandidatura ta’ Stefan Caruana għal Segretarju Ġenerali Nazzjonalist