Ahmed Yassine weħel multa ta’ €10,000 u 280 siegħa xogħol fil-komunità, wara li fil-Qorti nstab ħati li nhar is-16 ta’ Novembru li għadda għamel theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Malta.
Dakinhar il-Qorti kellha tiġi evakwata minħabba t-theddida li seħħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu. Minbarra li kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta, każ hekk iwassal biex każijiet li jkunu qed jinstemgħu l-Qorti jkunu interrotti jew inkella sospiżi.