Ferħ u għaqda.
Dan kien is-sentiment ta’ bosta anzjani Żrieraq li f’lejlet il-Milied qattgħu in-nofstanhar ta’ filgħodu flimkien jieklu, jixorbu u jiżfnu ftit.
Bil-pjaga tas-solitudni tolqot firxa kbira ta’ anzjani, Rita Grima, is-Sindku taż-Żurrieq flimkien ma’ DoninoMalta organizzaw ikla u ġabru taħt saqaf wieħed lil ħafna li mgħandhomx ma’ min iqattgħu dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Hekk kif dawn rifsu l-għatba taċ-ċentru ta’ matul il-jum, id-dwejjaq tas-solitudni nbidel f’ferħ liema bħalu.
ONE News qabeż qabża sa ħdejhom. F’atmosfera festiva, staqsejnihom kif qed iħossuhom f’dan il-jum, li ra bosta persuni jxammru l-kmiem biex ipoġġulhom tbissima fuq fommhom.
U fl-aħħar iż-Żrieraq awguraw il-Milied u s-sena t-tajba lil kulħadd.