Bil-pjaga tas-solitudni tolqot firxa kbira ta’ anzjani, għat-tielet sena konsekuttiva is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva flimkien mal-komunità għall-ħarsien organizzaw ikla għall-anzjani għal żmien il-Milied.
Xi wħud mill-anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani mhux dejjem iżuruhom il-qraba tagħhom.
Oħrajn jibnu wkoll ħbiberija ma’ residenti anzjani oħra.
Fost it-temi li ssemmew waqt din l-ikla f’atmosfera festiva kien hemm il-ħtieġa li l-qraba ma jabbandunawx l-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis qal li inizjattivi bħal din l-ikla jkomplu jagħtu d-dinjità lill-anzjani f’pajjiżna. Huwa sostna: “Kull anzjan u anzjana jħossu maħbub, l-imħabba hija waħda mill-basic needs tal-bnedmin u importanti li dawk l-anzjani illi jkollhom ftit nies li tarahom iħossu l-ferħ u l-imħabba ta dan il-perjodu, ta’ żmien il-Milied.”
Intant dan l-istazzjon tkellem ma’ xi wħud mill-anzjani li attendew din l-attività li nisslet fihom ukoll ftit ferħ. Huma stqarrew:
“Nieħu ġost ħafna hawnhekk, ma’ sħabi, immur is-silver hub ukoll, il-bqija ħin kollhu naqra.”
“Ħafna għax jien noħroġ ma tal-familja, imma mhux ħafna.”
“Ħafna importanti , u nħobbha l-ikla mal-ħbieb, għidlu jagħmel ikla oħra.”