Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, wieġeb għal rapport fuq sit lokali, li qal li l-Forum Unions Maltin għandhom riżervi fuq l-abbozz ta’ Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
Is-Segretarju Permanenti Ewlien qal li qed jiġu kkwotati ineżattezzi li ma jirriżultawx mill-abbozz.
Żied jgħid li minkejja li qatt ma rċieva l-ebda talba uffiċjali għal laqgħa urġenti, is-Segretarju Permanenti Ewlieni qed iħares ’il quddiem li jikkjarifika l-punti ta’ tħassib tal-Forum u jiddiskuti l-abbozz fid-dettall waqt laqgħa, li fuq talba tiegħu stess, se ssir nhar it-Tnejn li ġej.