Żewġ Sudaniżi ta’ tnejn u għoxrin u tnejn u tletin sena rispettivament ġew ikkundannati sentejn ħabs wara li nqabdu b’passaport Żvizzeru falz.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Darren Buhagiar qalet li l-imputati xtraw dawn il-passaporti foloz mill-Ħamrun u nqabbdu mill-pulizija x-Xatt tal-Belt il-Ħamis filgħaxija.
Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.