Ibrahim Diarrasuba ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Kosta tal-Avorju u Nasreldin Edris Abdulla ta’ dsatax-il sena mis-Sudan intbagħtu sena ħabs kull wieħed wara li l-Ġimgħa ammettew li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti li mhumiex tagħhom.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif huma għamlu użu minn passaport li kien maħruġ fuq persuni oħra.
Il-passaporti kienu legali iżda ma kinux tal-akkużati.
Huma għamlu wkoll dikjarazzjonijiet foloz lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.