Il-Qorti sabet mara ta’ 48 sena li toqgħod il-Qawra ħatja li, seba’ snin ilu, tlajjat għall-prostituzzjoni. Hija ntbagħtet seba’ xhur ħabs.
Kien fl-20 ta’ Diċembru tal-2016, għall-ħabta tal-11pm, meta Tracy Borg inqabdet titlajja. Hija nsabet ħatja li kisret ordni ta’ probation mill-Qorti li kienet ingħatat Ottubru tal-2019 wara li saret reċidiva. Apparti minn hekk, il-Qorti sabet li l-imputata naqset milli tħares għadd ta’ kundizzjonijiet imposti fuqha, fosthom li żżomm kuntatt mas-Sedqa kull ħmistax minħabba l-vizzju tad-droga.
IIl-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace u l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada.