Qorti Ġermanża tat sentenza ta’ 12-il sena u sitt xhur ħabs lil omm li biegħet lil binha lill-pedofeli fuq l-internet.
Il-Qorti kkundannat lis-sieħeb tagħha għal 12-il sena priġunerija ukoll. Binhom kellu biss 9 snin meta beda s-smiegħ tal-każ lura f’Ġunju.
L-akkużati, Berrin Taha u Christian Lais, huma t-tnejn Ġermaniżi.