Raġel kien ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta akkużi li weġġa’ mara gravi, li hedded lil raġel ieħor, u ħebb u weġġa’ kuntistabbli tal-Pulizija.
Jidher li l-akkużat darab gravi u mingħajr il-ħsieb li joqtol lil mara kmieni filgħody fid-29 ta’ Ottubru li għadda fl-inħawi ta’ San Ġiljan. Il-Qorti semgħet ukoll kif fl-għassa ta’ San Ġiljan, l-akkużat hedded lill-pulizija, u fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana darab ħafif lil kuntistabbli tal-pulizija.
Huwa kien ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €4,000.