Neville Abela ta’ 32 sena ngħata sentenza ta’ 3 snin ħabs wara li naqas milli jattendi għall-appuntamenti mal-uffiċjal tal-probation. Abela kien instab ħati f’Awwissu li għadda seraq oġġetti mid-dar tal-familja tiegħu fil-Marsa, u nqabad fil-pussess tad-droga kokaina u eroina.
Huwa kien ordnat iħallas €2,300 lil ommu b’kumpens għall-oġġetti li serqilha, u tpoġġa taħt orddni ta’ probation.
Jidher iżda, li Abela ma kkoperax kull darba li l-uffiċjal tal-probation ippruvat tagħmel kuntatt miegħu. Abela qal li hu għamel hekk għax ma kienx f’sikktu.
Il-Qorti fehemet lill-akkużat, u meta kkunsidrat l-imġieba tiegħu fil-Qorti, ikkonkludiet li l-akkużati mhux lest jieħu ċ-ċans li ngħatalu biex jirriforma ruħu.
Skont il-Qorti, Abela qed ikun ta’ periklu għal familtu u qed jieħu post persuna oħra li potenzjalment tixtieq tibbenefika mit-trattament.
Huwa ġie kkundannat 3 snin ħabs.