Il-Qorti f’Birmingham, l-Ingilterra tat sentenza ta’ għomor il-ħabs lil missier li qatel lil bintu ta’ 8 snin.
William Billingham ta’ 55 sena, jidher li uża sikkina mill-kċina ta’ daru biex qatel lil bintu Mylee, mumenti biss wara li hedded li kien se joqtol lil ommha.
Il-qtil seħħ f’Jannar li għadda fid-dar tal-familja Billingham, f’Birmingham.