L-ogħla Qorti fl-Iran ikkundannat għall-mewt lil raġel li nstab ħati li kien spija għaċ-Ċentru tal-Intelliġenza tal-Istati Uniti, is-CIA.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li Amir Rahimpour tħallas ammont sostanzjali ta’ flus biex jgħaddi informazzjoni lill-Amerika dwar il-programm nukleari tal-Iran.
La l-Gvern Amerikan u lanqas iċ-Ċentru tal-Intelliġenza ma kkummentaw dwar dan.