Joseph Attard, ta’ sebgħa u erbgħin sena li joqgħod Ħal Għaxaq ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li seraq żewġ kuruni tal-fidda mill-Knisja taż-Żejtun u flus u apparat mill-każin Nazzjonalista tal-istess lokal.
Attard kien akkużat li seraq mill-Knisja taż-Żejtun f’Ottubru tal-elfejn u sbatax (2017), waqt li f’Awwissu tal-2003 kien seraq mill-każin Nazzjonalista taż-Żejtun.
L-imputat instab ħati għax instabu l-marki tas-swaba’ tiegħu fiż-żewġ postijiet minn fejn saru dawn is-serqiet.