Eritrean ta’ 33 sena ġie kkundannat disa’ snin ħabs talli pprova jistupra tfajla waqt li kienet miexja lejn ix-xogħol fil-Furjana. Dan wara li, Frar li għadda, hu kien ammetta fil-Qorti għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-vittma spjegat mal-Pulizija, li waqt li kienet miexja, l-akkużat qabeż fuqha u pprova jkollu x’jaqsam magħha sesswalment.
Il-mara għajtet għall-għajnuna u rnexxielha tirreżisti lir-raġel, bil-Pulizija tasal fuq il-post u tarrestah minnufih.