Tyson Bugeja ta’ 24 sena mill-Birgu ġie kkundanat 6 xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-libertà proviżorja.
Bugeja kien ilu jiġi mfittex mill-pulizija għal aktar minn xahar għax ma kienx qed jiffirma fl-għassa tal-pulizija kif ordnat mill-qorti fit-tlett każi oħra.
F’Novembru 2018 kien tressaq il-qorti flimkien ma’ 4 suspettati oħra akkużat li attakka lil Liam Debono li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Simon Schembri waqt li kien qed jaqdi d-dmir tiegħu bħala pulizija.
F’Jannar 2019, Bugeja reġa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament għamel ħsara fuq il-karozza tal-eks tfajla tiegħu. Tlett xhur wara reġa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien vjolenti barra d-dar tal-eks tfajla tiegħu.
Bugeja tilef il-pledge ta’ kważi ħmistax-il elf ewro.
Il-qorti sabitu ħati u ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs.
Għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.