Sentenza ta’ sebgħa xhur ħabs, sospiżi għall-sentejn għal Alistair David George Smith, li nstab ħati li kkultiva pjanta tal-kannabis fil-kamra tas-sodda tiegħu lura fl-2010.
Smith, ta’ tmienja u għoxrin sena, ammetta li l-pjanta li nstabet mill-pulizija kienet għall-użu personali tiegħu iżda stqarr li kienet l-ewwel esperjenza tiegħu ibabas fid-droga. Dakinhar, fi tfittxija li saret b’ kumbinazzjoni mill-Pulizija, instabu wkoll xi weraq tal-kannabis fil-kamra ta’ ħu l-akkużat, iżda dan tal-aħħar qatt ma ttella’ jixhed.
Apparti s-sentenza sospiża, il-Magistrate Natasha Galea Sciberras, tatu wkoll multa ta’ €850 u ordnat li l-pjanta tinqered.