Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed ikun ikkritikat minħabba li naqas milli jitlaq mill-btala tiegħu fil-Karibew sabiex jindirizza t-tensjonijiet li qed jiżdiedu fil-Lvant Nofsani.
Johnson, li kien qed jiċċelebra l-bidu tas-sena l-ġdida fil-Karibew, għadu ma tax kummenti dwar l-attakk li wettqet l-Istati Uniti fl-Iran. Huwa mistenni li jirritorna fl-Ingliterra fis-sigħat li ġejjin.
Sors mill-Gvern Ingliż qal li l-Prim Ministru kif ukoll is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin inżammu infurmati b’dak kollu li kien qed jiġri f’kull ħin.