Tard it-Tnejn filgħaxija tkebbsu nirien f’kamra tas-sodda fil-Lukanda Seabank fil-Mellieħa.
In-nar, li jidher li oriġina minn friġġ, ġie kkontrollat fi ftit tal-ħin. Madankollu, bħala prekawzjoni, ġew evakwati r-residenti fil-lukanda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru numru kbir ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li daħlu fil-kamra u neħħew kull periklu. Preżenti wkoll kien hemm diversi ambulanzi b’timijiet mediċi mill-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.