Aktar kmieni s-Sibt, tkebbsu nirien fil-Magħtab, li huwa mifhuma li żviluppaw wara li tbattal materjal li diġà kien qed jaqbad minn trakk.
Skont stqarrija, maħruġa mill-Wasteserv stess, intqal li n-nirien feġġew għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin ta’ filgħodu, fiż-żona, fejn jiġu mormija l-boroż il-griżi u l-ħodor.
Fl-istqarrija ntqal li n-nirien ġew ikkontrollati minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, f’operazzjoni li ħadet ftit tal-ħin minħabba li kien hemm diversi karti u plastik.
Il-kawża ta’ dawn in-nirien għadha mhix magħrufa, hekk kif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Is-suspettat xufier tat-trakk, deher li kien induna bin-nirien, iżda minkejja dan, huwa xorta rema l-materjal
L-istqarrija temmet tgħid kif dan l-inċident seta’ kellu effetti katastrofiċi, filwaqt li ġie mtenni l-appell sabiex l-iskart jintrema kif suppost.