Il-Ħadd, f’jum il-festa ta’ San Pietru tal-Ktajjen ġie kkonsagrat artal ġdid fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa. Dan l-artal il-ġdid ġie kkonsagrat mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.
L-Arċisqof qal kif dan ir-rit mhux talba għall-parroċċa ta’ Birżebbuġa iżda wkoll għall-pajjiż kollu sabiex in-nies jibdew jirritornaw lejn il-mejda fejn il-Mulej ibiddel il-frott tal-art u xogħolil-bniedem fil-ġisem u d-demm ta’ ibnu.
Ix-xogħol fuq l-artal f’din il-knisja sar mill-marmista Ronnie Pisani, filwaqt li sar fuq disinn tal-Perit Michael Sciberras. Dan il-proġett ma nkludiex biss il-mejda tal-artal, iżda l-ambone minn fejn tixxandar il-kelma ta’ Alla u s-sedja fejn ipoġġi ċ-ċelebrant.