Ħidma bejn Uffiċjali tad-Dwana flimkien mad-Dipartiment tat-Taxxi (JET), ġew ikkonfiskati 1,684 flixkun inbid, 1,550 tiketta tad-dazju, u 21 flixkun tax-xorb ieor.
Il-1,684 flixkun ġew ikkonfiskati minn żewġ ħwienet differenti fin-Naxxar u f’San Ġiljan, liema ħwienet huma tal-istess sid.
L-uffiċjali sabu wkokk 1,550 tikketta tad-dazju mhux użati.
F’operazzjoni separata, f’żewġ ħwienet fil-Gżira kif ukoll f’Paceville, li huma ta’ sid ieħor instabu madwar 20 flixkun tax-xorb bil-kuntrabandu.