Andrey Pokopenko mir-Russja kellu aktar minn $500 wara li nqabad jgħaddi mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’aktar minn €10,000 flus kontanti, li huwa l-limitu legali.
L-akkużat, li għandu 56 sena, inqabad b’ €10,540 flus kontanti fl-Ajruport it-Tlieta.
Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kellu l-intenzjoni li jiddikjara €10,000 mal-awtoritajiet, iżda kien sarlu l-ħin biex jirkeb titjira għat-Turkija.
Huwa kien arrestat minnufih u nżamm f’pajjiżna.
Il-Qorti ordnat li l-ammont li bih l-akkużat qabeż il-limitu legali jiġi kkonfiskat, li wara li kien ikkunsidrat li l-flus li kien qed iġorr Pokopenko kienu dollari, l-ammont li bih qabeż il-limiti kien €540 .
Huwa nħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għal sena.